L-assoċjazzjonijiet li jikkultivaw il-kannabis irreġistrati mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC)?
Huma b’kollox 26 l-assoċjazzjonijiet reġistrati mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), li minnhom 19 ingħataw liċenzja operattiva sabiex ikunu jistgħu jikkultivaw il-kannabis.
Is-seba’ assoċjazzjonijiet l-oħra għadhom fi stadju ta’ liċenzja fil-prinċipju u għalhekk qed iħejju l-operat tagħhom qabel ma jingħataw liċenzja operattiva.
L-informezzjoni dwar kemm hawn assoċjazzjonijiet li jikkultivaw il-kannabis irreġistrati mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) ingħatat mill-Prim Ministru fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
Jirriżulta wkoll li hemm sitt persuni impjegati mal-Awtorità msemmija u bħalissa għaddej il-proċess ta’ ingaġġ għall-aktar inspectors u manager (corporate).
//= $special ?>