Lokali Parlament

Aktar minn €1.5 miljun f’sena f’reklamar mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu

Matul is-sena li għaddiet il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu u l-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-ministeru nefqu f’rekllmar fuq it-televiżjoni u r-radju aktar minn €1.5 milun.

Il-Ministeru tat-Turiżmu, illum immexxi mid-Deputat Prim Ministru Ian Borg, nafaq is-somma f’reklamar ta’ €16,712.17 fuq ir-rajdju u €52,409.04 fuq it-televiżjoni; il-Ministeru tal-Afffaijiet Barranin €3,024.90 fuq ir-radju; l-ITS €26,786.13 fuq it-televiżjoni; TradeMalta €10,375.95 fuq it-televiżjoni; l-MCC €95,850.00 fuq it-televiżjoni; u l-MTA nefqet fl-2024 €518,452.00 fuq ir-radju u €784,949.00 fuq it-televiżjoni.

F’mistoqsijiet li saru wkoll, fil-Parlament irriżulta li flimkien, fi tliet Ministeri u f’dak tal-Prim Ministru ntefqu €1.3 miljun f’reklamar f’sena. Dan ifisser li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu nefaq f’rekamar aktar minn dawn il-ministeri flimkien.

In-nefqa f’dan il-ministeru ngħatat fil-Parlament fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello.

Irriżulta diġà fil-Parlament li L-uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari tiegħu nefqu s-sena li għaddiet fi flus f’reklamar is-somma totali ta’ €349,097.

Il-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi nefaq aktar minn kwart ta’ miljun ewro, total ta’ €268,406.1, fi flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024.

ll-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika mmexxi mill-Ministru Miriam Dalli nefaq fi flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru, matul is-sena li għaddiet, l-2024, is-somma ta’ aktar minn €600,000 – eżatt total ta’ €630,780.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, immexxi mill-Mijnistru Jonathan Attard, nefaq l-ammont ta’ €180,920 f’reklamar li €117,220 intefqu fuq il-midja tat-televiżjoni.