Il-kurunell Alex Dalli, li huwa l-Mibgħut Speċjali ta’ Robert Abela fil-Libja, ma jridx iwieġeb domandi tal-ġurnalisti internazzjonali dwar il-mod kif kien imexxi l-ħabs ta’ Kordin, u l-kundanna li kellu mill-Ombudsman dwar il-falliment sistematiku fl-istess ħabs.
Kien il-ġurnal EU Observer li llum tefa’ dawl fuq it-tmexxija ta’ Alex Dalli wara li l-Ombudsman kien ġabar sensiela ta’ fatti li jippuntaw lejn is-sitwazzjoni fil-ħabs; deskritt bħala “fabbrika tal-ħażen. Sistema ħarxa, brutali, u inumana.”
Ir-rapport tal-Ombudsman kien sab falliment sistematiku u ksur ta’ regolamenti tal-ħabs bejn l-2018 u l-2021. Fi żmien it-tmexxija ta’ Alex Dalli kien hemm 14-il persuna li mietu b’suwiċidju; bir-rapport ikun moralment konvint li l-priġunieri kkunsidrati vulnerabbli kienu ġew affettwati bit-trattament li kien impost fuqhom mit-tmexxija ta’ Dalli. Filwaqt li dan it-trattament, possibbilment wassal sabiex dawn il-priġunieri jwettqu suwiċidju jew attentat ta’ suwiċidju.
L-UE Observer fakkar kif Robert Abela qed jibqa’ jiddefendi lil Alex Dalli. Mhux talli hekk, talli żammu fil-kariga ta’ Mibgħut Speċjali fil-Libja.
Apparti minn hekk, l-UE Observer janalizza aspetti relatati mal-vjaġġi ta’ immigranti li jitilqu mill-kosta Libjana – anke minħabba l-fatt li Dalli kien għamel żmien jaħdem mal-Frontex.
//= $special ?>