Fil-Parlament Ewopew tressqet uffiċjalment it-talba tal-Pulizija Belġjana biex titneħħa l-immunità parlamentari tal-MEP Laburista Daniel Attard. Dan wara l-iskandlu tal-Huawei, u l-laqgħa li kellu ma’ din il-kumpanija Ciniża.
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola spjegat li hi irċiviet it-talba biex titneħħa l-immunità Parlamentari ta’ Daniel Attard, u erba’ MEPs oħrajn.
Kif fissret il-President Metsola, issa din it-talba se tkun qed tgħaddi għand il-Kumitat tal-Affarijiet Legali, li se jkun qed jevalwa l-fatti wara li jisma’ t-testimonjanza tal-MEPs. Il-Kumitat tal-Affarijiet Legali huwa skedat li jiltaqa’ fl-4 u l-5 ta’ Ġunju.
Eventwalment, id-deċiżjoni finali taqa’ f’idejn l-MEPs kollha; bil-vot fil-plenarja tal-Parlament Ewropew.
Dan il-proċess normalment jieħu fit-tul, iżda f’dan il-każ jaf ikun hemm proċess li jiġi konkluż f’inqas żmien.
It-tneħħija tal-immunità parlamentari, tagħti permess lill-Pulizija Belġjana biex ikunu jistgħu jinvestigaw lill-MEPs u jitolbuhom id-dokumenti neċessarja.
Daniel Attard, kien isemma’ wara li hu kien attenda logħba futbol f’box privata ma’ rappreżentanti tal- Huawei. Iżda agħar minn hekk… wara din il-partita, hu aċċetta li jiltaqa’ magħhom.
//= $special ?>