Sport Sport Ieħor

Kooij jirbaħ it-12-il stadju tal-Giro d’Italia

(Ritratt: EPA)

Olav Kooij rebaħ it-tiġrija missielta tat-12-il stadju tal-Giro d’Italia, bl-Olandiż jifforma parti minn Visma-Lease a Bike u jispiċċa bil-ħin ta’ 3 siegħat, 55 minuta u 40 sekonda.

Casper van Uden, Olandiż ieħor temm fit-tieni post, hekk kif l-Ingliż Ben Turner ta’  Ineos Grenadiers daħal it-tielet.

Il-klassifika ġenerali tara lil Isaac del Toro jokkuppaw l-ewwel post, bil-Messikan jikkompeti għall-UAE Team Emirates – XRG b’total ta’38 siegħa, 47 minuta u sekonda.