Lokali

L-istorja ta’ “nuċċali maġiku li bidilli ħajti”

Kollox jinsab lest għal-Maratona ‘Għat-tfal … kollha, kollha, kollha’  organizzata mill-Malta Trust Foundation taħt il-patronċinju tal-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca.

Din il-Maratona li se tkun qed tixxandar fuq Net Television u fuq l-istazzjonijiet ewlenin l-oħrajn  bejn il-11 ta’ filgħodu u l-11 ta’ filgħaxija u għandha l-għan li tgħin lit-tfal li huma vulnerabli.

Net News iltaqa’ ma’ Kezman li għandu 15-il-sena; tfajjel nieqes mid-dawl u li grazzi għall-Malta Trust Foundation ingħatat dan in-nuċċali li bidilu ħajtu.

Il-maratona ta’ nhar is-Sibt se tkun l-10 waħda, u matul dawn is-snin il-Malta Trust Foundation għinet madwar 10,000 tifel u tifla, fosthom permezz ta’ dan in-nuċali li jiswa’ ħafna flus.

Ma’ Net News dan iż-żagħżugħ li dalwaqt jispiċċa mill-Iskola Sekondarja  esprima wkoll ix-xewqa tiegħu, li jkompli jistudja u javanza fil-karriera tiegħu.

Għal din ir-raġuni Kezman wassal appell, biex kull minn jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu lil Malta Trust Foundation biex dawn ikunu  jistgħu jgħinu aktar tfal.

Net News tkellem ukoll ma’ omm Kezman, Charlene li spjegatilna kemm il-Malta Trust Foundation u Marie Louise Coliero Preca ilhom jgħinu lil Kezman minn meta kellu seba’ snin.

Il-Malta Trust Foundation kienet imwaqqfa fil-15 ta’ Mejju tal-2015 fi żmien meta Marie Louise Coliero Preca kienet President ta’ Malta. U fl-aħħar snin baqgħet tkun ta’ appoġġ għal bosta persuni.