Futbol Sport

Luka Modrić se jħalli lil Real Madrid wara 13-il sena

(Ritratt: EPA)

Il-captain ta’ Real Madrid Luka Modrix se jħalli lil Los Blancos wara l-FIFA Club World Cup li se tibda f’Ġunju li ġej.

Il-midfielder ta’ 39 sena, li rebaħ il-Balon d’Or fl-2018 se jkun qiegħed jilagħab l-aħħar partita tiegħu ma’ Madrid fil-Bernabue kontra Real Sociedad fl-aħħar partita ta’ La Liga.

Matul it-13-il sena li lagħab hemm, Modric rebaħ total ta’ 28 unur, b’ 6 minn dawk ikunu UEFA Champions League, u 4 jkunu La Liga.

Minkejja l-eta’, din is-sena Modric lagħab 34 darba u skorja żewġ gowls u pprovda żewġ assists.

Real Madrid se jilagħbu l-ewwel partita tal-FIFA Club World Cup kontra Al-Hilal fit-18 ta’ Ġunju.

Il-partita kontra Real Sociedad se tkun ukoll l-aħħar partita tal-kowċ Carlo Ancelotti fit-tmun ta’ Real Madrid.

Fi tlettax il-sena, Modric lagħab 590 partita ma’ Los Blancos, fejn skorja 35 darba u pprovda 95 assist. Il-midfielder Kroat huwa msemmi li jingħaqad ma’ Dinamo Zagreb, it-tim li beda l-karriera tiegħu magħhom qabel ma ċċaqlaq ma’ Tottenham Hotspur fl-2008.