Iżrael ma għandux jitħalla jipparetċipa fil-Eurovision Song Contest, huwa diżappuntanti li dan il-pajjiż għadu jipparteċipa.
Kien dan is-sentiment espress minn JJ, ir-rebbieh tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, f’kummenti li ta lill-media hekk kif tneħħiet il-projbizzjoni fuq il-kummenti dwar kontestanti oħrajn.
Il-kummenti ta’ JJ huma simili għall-kummneti li kienu taw Nemo, ir-rebbieħa tal-Eurovision Song Contest tal-2024, li wkoll kienu appoġjaw is-sejħiet biex Iżrael ma jieħux sehem.
Fil-fatt numru ta’ parteċipanti passati kienu iffirmaw itra miftuħa lil EBU biex l-organizzaturi jkeċċu lil Iżrael hekk kif skonthom il-parteċipazzjoni ta’ Iżrael qed tinnormaliża l-atti kriminali tagħhom.
JJ esprima wkoll it-tħassib tiegħu dwar il-metodu tal-votazzjoni.
//= $special ?>