Lokali

Żagħżugħ ta’ 29 sena fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu


Raġel ta’ 29 sena residenti Ħal Qormi, weġġa’ serjament f’inċident tat-traffiku, fi Triq Għajn Tuffieħa, l-Imġarr.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30 wara li x’aktarx is-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura, Toyota Aygo, bil-konsegwenza li ħabat f’kamra li hemm fil-ġenb tat-triq.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fejn wara li nħareġ mill-vettura, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.