Żewġ membri tal-ambaxxata Iżraeljana ġew maqtula f’attakk qrib Mużew Lhudi f’Washington DC.
Il-vittmi kienu koppja żagħżugħa, u l-attakk seħħ waqt li kienu ħerġin minn avveniment fil-Capital Jewish Museum illi kien iffukat fuq l-għajnuna għall-Palestinjani.
L-aggressur ġie identifikat bħala Elias Rodriguez ta’ 30 sena minn Chicago, u ġie arrestat fil-post.
Qed jingħad li waqt l-arrest tiegħu, hu instema’ jgħajjat “Free Palestine.”
L-Ambaxxatur Iżraeljan għan-Nazzjonijiet Uniti Danny Danon iddeskriva l-attakk bħala “att ta’ terroriżmu anti-semitiku”.
Il-President Amerikan Donald Trump minn naħa tiegħu ikkundanna dan il-qtil, u qal li dawn l-attakki “ibbażati fuq anti-semitiżmu, għandhom jieqfu”.
//= $special ?>