Arminia Bielefeld, tim li għadu kemm rebaħ it-tielet Diviżjoni tal-Ġermanja, it-3 Liga se jkollu l-opportunità tad-deheb li għada jilagħabu fl-ewwel finali tad-DFB Pokal fl-istorja tal-klabb. Bielefeld rebħu t-3 Liga b’żewġ punti meta l-ġimgħa l-oħra għelbu lil Waidhof Mannheim 1-0 u kisbu l-promozzjoni awtomatika għall-Bundesliga 2.
Il-mixja għall-finali ta’ Arminia Bielefeld hija inkredibbli. Fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni huma għelbu lil Hannover 96 bl-iskor ta’ 2-0, tim li jinsab f’diviżjoni iktar għolja minnhom. Fit-tieni rawnd huma saħansitra għelbu lil Union Berlin bl-iskro ta’ 2-0, bl-avversarji tagħhom kienu anke involuti fil-UEFA Champions League l-istaġun li għadda. Fir-rawnd tal-aħħar sittax, huma għelbu lil SC Freiburg 3-1, tim li din is-sena spiċċa fil-ħames post fil-Bundesliga u se jkun qed jilagħab fl-Ewropa l-istaġun li ġej.
Fil-kwarti finali huma rebħu tim ieħor mill-Bundesliga, din id-darba Werder Bremen li spiċċaw fis-seba’ post. L-ikbar u l-iżjed rebħa importanti waslet fis-semi finali, fejn hemm għelbu lil champions tas-sena l-oħra Bayer Leverkusen 2-1 b’żewġ gowls fl-ewwel taqsima, biex waslu għall-ewwel finali tagħhom.
Rebħa kontra VFB Stuttgart tfisser li mhux biss jirbħu l-ewwel DFB Pokal fl-istorja, iżda s-sena d-dieħla se jkunu qed jikkompetu fl-UEFA Europa League bħala tim fit-tieni diviżjoni tal-Ġermanja.
Il-partita se tintlagħab għada fit-8:00pm fl-Olympiastadion.
//= $special ?>