Talanqas 15-il persuna sfaw midruba — sitta minnhom kritikament — wara li mara b’sikkina ħebbet għan-nies li kienu qed jistennew għat-trasport fl-istazzjon tal-ferrovija ċentrali ta’ Hamburg.
Il-mara ta’ 39 sena kienet qed taġixxi waħedha u, waqt il-mumenti ta’ terrur, hi bdiet iddur minn tarf sa tarf ta’ platform partikulari ( tal-istazzjon) biex tattakka lil kulmin inzerta quddiemha.
L-awtoritajiet f’Hamburg sostnew li sitta fost il-midruba jinsabu f’periklu li jitilfu ħajjithom waqt li l-vittmi l-oħra sofrew diversi ġrieħi serji u anki ħfief.
L-istazzjon ta’ Hamburg — it-tieni l-akbar belt fil-Ġermanja — iservi bħala hub ewlieni għall-ferroviji li jivvjaġġaw fit-tul kif ukoll għall-ferroviji li jaħdmu fuq l-iskedi reġjonali….Intant, il-pulizija, issa, għalqet parti mill-kumpless għall-investigazzjonijiet.
//= $special ?>