Il-Partit Laburista kompla jikkonferma kemm ma jemminx fid-demokrazija – u kemm il-Gvern hu moħħu biss sabiex jaħtaf il-poter għall-interessi partiġjani.
Dan kompla ħareġ ċar waqt il-programm ‘Insghts’ fuq il-PBS fejn ipparteċipaw is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello u l-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja.
Charles Bonello insista illi ma jistax ikun li l-Partit fil-Gvern jabbuża mill-poteri tiegħu u jaħmi pjan sabiex idawwar maġġoranza assoluta ta’ 62% – b’riżultat li r-residenti issa spiċċaw bi tmexxija li huma fl-ebda elezzjoni ma vvutaw għaliha.
Charles Bonello fakkar ukoll f’dak li ġara fil-Laqgħa tal-Kunsill il-Ħamis filgħaxija fejn il-Partit Laburista nkixef kif qed jibża’ min investigazzjoni indipendenti mill-Awditur Ġenerali wara li l-istess Helen Gauci resqet mozzjoni sabiex isir audit fl-iqsar żmien possibbli ħalli tiġi kkonfermata l-verità. Dan wara akkużi bla bażi.
Intant tul programm sħiħ ir-rappreżentant tal-Labour baqa’ jipprova jdawwar il-fatti u jinħeba wara l-liġi, mingħajr ovvjament ma jgħid li dak li ġara fil-Għargħur mar kontra r-rieda tal-poplu – tant li Georvin Bugeja spiċċa jħarref dwar il-Partit Nazzjonalista – b’Charles Bonello jkun pront jikxef il-qerq min-naħa tal-Labour.
Charles Bonello għalaq billi saħaq li l-Partit Laburista jekk verament konvint b’dak li qed jakkuża lil Helen Gauci bih, għandu jxolji l-Kunsill u jsejjaħ elezzjoni mill-aktar fis, sabiex tiġi rrispettata l-maġġoranza u d-demokrazija.
//= $special ?>