Lokali

Il-whip Laburista taħrab milli twieġeb u tinħeba wara l-investigazzjoni

Il-Whip Laburista Naomi Cachia għażlet li taħrab għal kollox milli twieġeb dwar Daniel Attard, għaliex skont hi …. “mhuwiex etiku”.

Meta affaċċjata bil-mistoqsijiet ta’ Net News dwar jekk hi kinitx taċċetta laqgħa ma’ lobbyist ta’ kumpanija bħalma hi l-Huawei, il-Whip tal-Labour għażlet li tinħeba wara l-fatt li qed issir investigazzjoni b’rabta ma’ dan l-iskandlu li fih hemm implikat l-MEP Laburista Daniel Attard. Għalkemm Cachia, dehret viżibbilment skomda titkellem dwar dan il-każ; fl-istess nifs li ddeskriviet lil Attard bħala persuna li huwa ‘valuable’.

L-MEP Laburista Daniel Attard qed jiġi nvestigat mill-Pulizija Belġjana wara li kellu laqgħa ma’ lobbyist tal-kumpanija Huawei fi Strasburgu.

B’Daniel Attard jispiċċa mċappas fil-ġurnali internazzjonali; fi skandlu li jinvolvi numru ta’ MEP’s.

Il-Pulizija Belġjana tagħmel talba sabiex titneħħa l-imunità tal-MEPs fosthom ta’ Daniel Attard sabiex tkompli għaddiejja bl-investigazzjoni. U din it-talba se tkun diskussa f’Kumitat Parlamentari fil-ġranet li ġejjin.