Lokali

Imniedi l-ktieb il-ġdid ta’ Richard Muscat

Isem Richard Muscat jibqa’ marbut mal-ġlieda għal-libertà tal-espressjoni u d-demokrazija f’pajjiżna.

Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech wara t-tnedija li saret fil-Palazz ta’ San Anton tal-ktieb il-ġdid li għadu kif preżenta Richard Muscat. It-titlu tal-ktieb hu KARTOLINI MINN ĦAJTI.

Bernard Grech qal li “t-tmenin kartolina minn ħajtu li jiġbor fih il-ktieb li ġie mniedi lbieraħ taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, fil-Palazz ta’ San Anton, għandu jservi biex ma ninsew qatt dak li għaddew minnu nies bħal Richard biex illum f’pajjiżna ngawdu l-pluraliżmu fix-xandir imma fuq kollox il-valuri li jsawruna bħala pajjiż demokratiku u ħieles.”

Il-kelliema kollha fis-serata tal-bieraħ irrikonoxxew ir-rieda ta’ dan ir-raġel li ħalla l-familja warajh biex fit-tmeninijiet mar Sqallija biex ixandar il-messaġġ tal-PN fi żmien meta x-xandir f’Malta kien maħkum.

Fil-fatt, Richard Muscat jibqa’ simbolu tal-libertà tal-espressjoni u l-ġlieda għad-demokrazija.