L-aħħar ġurnata tal-Premier League tintlagħab il-Ħadd, u magħha se ġġib ukoll il-konferma ta’ min huma t-timijiet li se jikkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropew mill-kampjonat. Liverpool u Arsenal diġa kkonfermaw posthom fil-UEFA Champions League għas-sena d-dieħla hekk kif ikkonfermaw l-ewwel u t-tieni post rispettivament fil-klassifika, mentri Tottenham Hotspur ukoll se jkunu qed jilagħbu fiċ-Champions League, dan hekk kif għelbu lil Manchester United fil-finali tal-UEFA Europa League. Intant, Crystal Palace rebħu l-FA Cup kontra Manchetser City, bl-Eagles jilagħbu fl-Europa League s-sena d-dieħla.
Din is-sena il-Premier League qiegħed joffri ħames postijiet fil-UEFA Champions League. Bħalissa, Manchester City, Newcastle United u Chelsea jokkuppaw l-aħħar tlett postijiet minn dawn il-ħamsa, bis-Citizens fuq 68 punt, filwaqt li t-tnejn l-oħra għandhom 66 punt. Isegwuhom hemm Aston Villa u Nottingham Forest fis-sitt u fis-seba’ post, b’66 u 65 punt rispettivament. Jekk il-klassifika tibqa kif inhi, Aston Villa se jkunu qed jilagħbu fil-UEFA Europa League, filwaqt li Nottingham Forest jirritornaw fl-Ewropa wara ħafna snin biex jilagħbu fil-UEFA Conference League.
Partita li se tiddetermina min se jitħol mal-ewwel ħamsa bla dubju tkun dik bejn Chelsea u Nottingham Forest, bit-Tricky Trees ikollhom il-vantaġġ li jilagħbu fis-City Ground quddiem il-partitarji tagħhom. Rebħa għal Forest mhux bilfors tfisser post fil-UEFA Champions League, hekk kif ikunu qed jiddependu fuq Aston Villa jew Newcastle United biex ifallu beix jitħlu mal-ewwel ħamsa. Dan m’huwiex faċli hekk kif il-Villians se jaffrontaw lil Manchester United, skwadra mingħajr l-ebda tip ta’ motivazzjoni li tilagħab u fiżakament għajjiena wara l-finali ta’ nhar l-Erbgħa, mentri l-Magpies jaffrtontaw lil Everton f’ St.James Park.
Is-Citizens jilagħbu kontra Fulham fi Craven Cottage, konfront xejn faċli jekk wieħed anke jikkunsidra l-istaġun deludenti li kellu t-tim ta’ Guardiola.
Il-Ħadd
Il-partiti kollha fil-5:00pm:
Bournemouth v Leicester City
Fulham v Manchester City
Ipswich Town v West Ham Utd
Liverpool v Crystal Palace
Manchester United v Aston Villa
Newcastle United v Everton
Nottingham Forest v Chelsea
Southampton v Arsenal
Tottenham Hotspur v Brighton
Wolves v Brentford