F’sentejn intejqet is-somma ta’ €748,687 f’kampanji ta’ edukazzjoni u għarfien mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) – kważi tliet kwarti ta’ miljun f’kampanji favur l-Awtorità dwar l-Użu tal-Kannabis.
Id-Deputat Nazzjonalista Grazziella Attard Previ staqsiet lill-Prim Ministru fil-Parlament jagħti break-down finanzjarju dettaljat ta’ kif intefqet is-somma allokata għall-kampanji ta’ edukazzjoni u għarfien mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) matul l-2023 u l-2024.
Il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb biss li fl-2023, in-nefqa kienet ta’ €343,854.74 u fl-2024 in-nefqa kienet ta’ € 404,833,49.
Minn aktar tweġibiet fil-Parlament, jirriżulta li l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) fil-bidu kienet inkarigata li tirregola assoċjazzjonijiet li joperaw fuq livell ta’ mingħajr profitt (not for profit). Il-ħwienet kummerċjali, stante li joperaw fuq livell ta’ profitt, ma kenux regolati mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis.
L-ARUC, issa, ser ikollha l-poteri wkoll li, flimkien ma’ entitajiet oħrajn, tirregola wkoll aspetti li jikkonċernaw l-operati ta’ dawn il-ħwienet kummerċjali.
//= $special ?>