Napoli rebħu r-raba’ Serie A fl-istorja hekk fl-aħħar partita tagħhom fil-kampjonat huma rebħu 2-0 kontra Cagliari. Kienet sitwazzjoni stressanti għal Napoli hekk kif Inter ukoll rebħu l-partita tagħhom u ma sabu l-ebda diffikulta’ jegħlbu lil Como bl-istess skor ta’ 2-0.
Mument storiku anke għall-kowċ Antonio Conte, li sar l-ewwel kowċ li rebaħ is-Serie A ma’ tlett timijiet differenti. – Juventus, Inter u Napoli.

Qabel din il-partita, xejn inqas minn tlett punti għal Napoli, hekk kif draw jew telfa u rebħa għal Inter kien ifisser li n-Nerazzuri kienu jirbħu l-kampjonat.
Żewġ eks plejers ta’ Manchester United kienu protagonisti fl-iżjed rebħa importanti tal-istaġun. Scott McTominay kellu l-aħjar staġun ta’ ħajtu, u dan kompla jitjieb hekk kif skorja t-12-il gowl fis-Serie A b’rabuxxata mill-isbaħ wara 42 minuta minn kross tal-eks Inter, Matteo Politano. Romelu Lukaku jkun l-iskorer l-ieħor b’gowl fil-51 minuta. Dan huwa t-tieni Serie A għal Lukaku, bil-Belġjan jirbaħ l-unur fl-2021 propju ma’ Inter.


Inter skorjaw l-ewwel permezz ta’ De Vrij wara 20 minuta, qabel Pepe Reina ntwera l-karta ħamra, fl-aħħar partita professjonali tiegħu ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima b’foul fuq Taremi.
Fl-istess minuta li skorja l-eks Inter Lukaku għal Napoli, skorja Joaqin Correa għal Inter għat-tieni gowl tal-istaġun.
Napoli jispiċċaw fl-ewwel post, u jirbħu r-raba’ kampjonat tagħhom fl-ewwel sena tmexxija tal-kowċ Antonio Conte b’total ta’ 82 punt wara 38 partita. Fit-tieni post jispiċċaw Inter b’81 punt.

Joaqin Correa skorja t-tieni gowl għal Inter (Ritratt: EPA)
//= $special ?>