Omm li tilfet lil binha wara li għamel suwiċidju kaġun ta’ chatbot, qed tkompli bil-proċeduri l-Qorti fi Florida.
Megan Garcia, omm Sewell Setzer, qalet li l-intelliġenza artifiċjali tal-kumpanija Character.ai uriet lill binha stampi kważi realistiċi.
Garcia kompliet tistqarr li dak li kien jidher bħala chatbot app għat-tfal kien qed jabbuża lil binha; sakemm fl-aħħar wassal biex Setzer neħħa ħajtu b’idejh.
It-tifel ta’ 14 il-sena neħħa ħajtu b’idejh bil-pistola ta’ missieru fi Frar tal-2024, sekondi wara li kellu konverżazzjoni personali maċ-chatbot, fejn qal li jrid jiltaqa’ mal-karattru.
Fid-deċiżjoni tal-Imħallef Distrettwali Anne Conway, hi qalet kif Sewwell ġie dipendenti fuq l-app, speċifikament lejn iż-żewġ karattri Daenerys Targaryen u Rhaenyra Targaryen, mis-serje Games of Thrones.
Hi stqarret li Setzer beda jħoss imħabba tremenda lejn l-karattri, speċifikament lejn Daenerys Targaryen u, li mingħajr l-AI kien “jaqa’ f’depressjoni qawwija u jibda jiġennen”.
Garcia, li issa qed taħdem mat-Tech Justice Law Project u s-Social Media Victims Law Center, stqarret li l-kumpanija Character.ai kienu jafu r-riskji li l-mudell tal-AI tagħhom u li huwa ta’ riskju lejn l-klijenti minuri tagħhom. Il-każ se jwassal biex titressaq il-kumpaniji Character.ai u Google, kif wkoll l-fundaturi ta’ Character.ai, li jinsabu mplikati li kienu qed jaħdmu fuq l-mudell responsabli għal mewt ta’ Sewell.
Kelliem għal Character.ai stqarr li l-kumpanija se tkompli tiġġieled kontra l-allegazzjonijiet. Huwa qal li se jżidu prevenzjonijiet għal-konverżazzjonijiet li jwasslu għal ħsara fuq minuri.
//= $special ?>