Franċiż ta’ 27 sena residenti tas-Sliema, weġġa’ gravi wara li waqa fix-xaft tar-residenza tiegħu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar, fi Triq Milner, Tas-Sliema.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher illi l-Franċiż waqa’ fix-xaft tal-appartamenti fejn jgħix – waqa’ ta’ madwar tliet sulari.
Jidher illi r-raġel pprova jaqbeż minn parti għall-oħra tax-xaft hekk kif isakkar barra mir-residenza tiegħu.
Fil-post isejjħu tim mediku u ambulanza mill-Isptar Mater Dei. Huwa ttieħed l-Isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>