Internazzjonali

Raġel Norveġiż isib bastiment fil-ġardina tiegħu

Xena mhux tas-soltu għal raġel fin-Norveġja li fil-ġardina tiegħu, eżatt malli qam, sab ma’ wiċċu bastiment.

L-inċident seħħ għal ħabta tal-5am, meta Johan Helberg spiċċa mqajjem mill-ġara li kienet rat il-vapur ġej lejn iz-zona fejn jgħixu. Dan bla dubju ħoloq sens ta’ kommossjoni, speċjalment għal Helberg li sab il-vapur ma’ wiċċu.

Dan il-każ mhux tas-soltu seħħ fil-villaġġ ta’ Bysenet, f’Trondheim.