Il-fotografu rinomat Sebastiao Salgado – famuż għar-ritratti li jirriflettu l-ispirtu tan-natura u l-ħajja madwar id-dinja — miet fl-età ta’ 81 sena.
Il-mewt ta’ Salgado — Brażiljan ta’ dixxendenza Franċiża – tħabbret mill-Akkademja tal-Arti ta’ Franza li tagħha hu kien membru attiv.
Il-kelliema għall-Akkademja esprimew niket dwar it-telfa ta’ Salgado waqt li fissruh bħala ‘artist b’talent rari biex iwassal l-aktar elementi ħajjin – fosthom ix-xeni pittoreski – li jsawwru din il-pjaneta’.
Madankollu, kienu r-ritratti (bl-iswed u l-abjad) dwar suġġetti varji – mill-konflitti sar-rainforest tal-Amazon – li kisbulu l-akbar fama. Fil-fatt, is-segwaċi ta’ dan il-fotografu madwar id-dinja huma fil-pussess tal-kalendarji u kotba bir-ritratti uniċi karatterizzati bl-istil u oriġinalità ta’ dan il-fotografu uniku.
U għakemm il-kritiċi ma kienux favur il-mod kif Salgado – permezz tar-ritratti – kien iwassal messaġġi ta’ ‘sbuħija fost it-tbatija’, il-fotografu baqa’ sal-aħħar jinsisti b’din l-estetika partikulari ta’ xogħlu.
//= $special ?>