Kummerċ Lokali Sport

Żewġ klijenti tal-BOV b’kard tal-VISA jirbħu vjaġġ għal Barcelona

Żewġ klijenti tal-BOV li għandhom kard tal-Visa flimkien ma’ żewġ persuni oħra magħżula minnhom, ġew preżentati bi vjaġġ għal Barcelona b’kollox inkluż. Huma se jassistu għal avveniment sportiv tat-tlielaq tal-karozzi. Ir-rebbieħa ttellgħu bil-polza fi tmiem il-kampanja BOV Visa Spend & Win li ttellgħet bejn ix-xhur ta’ Marzu u Mejju, u ġew mogħtija dan il-premju waqt preżentazzjoni li saret fil-Campus Hub.

Micaela Catania u Monica Abela huma r-rebbieħa ta’ vjaġġ għal tnejn minn nies ta’ erbat iljieli, li jinkludi wkoll titjiriet bir-ritorn għal Barcelona, akkomodazzjoni f’lukanda ta’ ħames stilel u esperjenza unika li jassistu għal tellieqa tal-karozzi, kif ukoll esperjenza ta’ ospitalità.

Għall-preżentazzjoni attendew iċ-Chief Personal & Wealth Officer tal-Bank of Valletta, Simon Azzopardi; flimkien ma’ Chris Degabriele, Kap tal-eBanking Channels tal-BOV; u Daniel Magrin, Kap tal-Marketing u Product Lifecycle Management fil-BOV.

Din il-kampanja hija parti mill-isforzi tal-Bank of Valletta li jinċentiva iktar l-użu ta’ ħlas bil-kards fost il-klijenti tiegħu. Fil-fatt, iktar kmieni din is-sena, il-Bank tella’ kampanja oħra simili fil-jiem tal-karnival, filwaqt li bħalissa għaddejja inizjattiva oħra li tippremja lil dawk li jiġbdu inqas minn €300 fi flus kontanti fix-xahar u jwettqu minn tal-inqas tranżazzjoni waħda bi kwalunkwe kard ta’ debitu jew kreditu tal-BOV.