Il-Ministru Clyde Caruana fl-aħħar ammetta dak li ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista: illum qed jitilqu minn Malta medja ta’ 19-il żagħżugħ jew żagħżugħa kuljum.
Tant li fl-2023, rekord ta’ kważi 7,000 żagħżugħ u żagħżugħa Maltin telqu minn pajjiżna biex jgħixu barra. Dan huwa l-akbar ammont fl-aħħar ħames snin.
Fil-Parlament din il-ġimgħa issemma’ ukoll illi kważi 18,000 żagħżugħ barrani iddaħħal Malta biex jimla l-vojt, f’ekonomija mibnija fuq iċ-cheap labour u l-isfruttament.
Il-Partit Nazzjonalista minn naha tieghu qed jibqa’ jinsisti li jrid Malta fejn iż-żgħażagħ jemmnu li jistgħu jibnu l-futur tagħhom permezz ta’ politika ċara.
Għal dan il-għan, il-PN fassal diversi miżuri li minnhom jibbenefikaw ukoll iż-żgħażagħ, u li għandhom iwasslu biex, jonqsu l-piżijiet, jitjieb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, jitwessa’ l-parental leave, iż-żgħażagħ jiġu megħjuna jsiru sidien ta’ djarhom, u l-ambjent li jkun protett bil-Kostituzzjoni.
//= $special ?>