Internazzjonali

Gaza: Tabiba titlef disat itfal f’attakk li sar fuq Khan Younis

Un uomo palestinese di fronte a un edificio distrutto dagli attacchi aerei israeliani. (MARCO LONGARI/AFP/Getty Images)

Kienu filmati tal-qsim il-qalb dawk li ġew imxandra fuq il-media internazzjonali tat-tfal mejta jinħarġu minn dar f’Khan Younis fin naħa ta’ isfel ta’ Gaza.

Dan wara attakk bl-għajru li sar fuq Gaza minn Iżrael u li laqgħat fost oħrajn id-dar tat-tabiba Alaa Al Najjar fejn kien hemm l-għaxar titfal tagħha flimkien ma żewġha. Attakk li ħala disa mill-għaxar iwlied tagħha mejta, bl-ikbar wild ikun ta’ 12-il sena.

Dan kien konfermat mill-isptar Naser, fejn it-tobba ikkonfermaw ukoll li l-wild l-ieħor indarab gravi u r-raġel tagħha, li huwa wkoll tabib jinsab fil-periklu tal-mewt.

Intant, f’dikjarazzjoni li għamlet il-forza tad-difiża Iżraeljana (l-IDF) qalet li f’dawn l-aħħar jiem laqtu iktar minn 100 post.

Minn naħa tagħhom il-Ministeru tas-saħħa tal-Ħamas ikkonferma li madwar 74 persuna inqatlu mill-militar Iżraeljan f’temp ta’ 24 siegħa.

Aktar kmieni matul il-jum tal-Ġimgħa s-Segretarju tan-Nazzjonijiet Uniti Antonio Guterres, kien wissa li r-residenti f’Gaza kienu għaddejien mill-agħar mumenti ta’ din il-gwerra u kien ikkundana l-imblokk ta’ Iżrael fuq l-għajnuna umanitarja imposta fuq Gaza f’Marzu.

B’Iżrael parzjalment inehhi dan l-imblokk u jħalli madwar 83 trukk mimli bl-ikel u l-mediċina jidħol f’Gaza.

Madanakollu rapporti issa qed jindikaw li daw it-trukkijiet tal-ħajnuna umanitarja ħolqu kaos kbir f’Gaza hekk kif diversi nies inġabru biex ikunu minn tal-ewwel li jaċċessaw l-ikel.

Dan hekk kif in-NazzjonijietUniti qed tikkalkula li hemm bżonn ta’ madwar 600 trukk ta’ għajnuna umanitarja kuljum.