Hekk kif is-Sibt kompla l-ġuri kontra l-aħwa tal-Maksar dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-avukat Carmel Chircop, l-avukat tad-difiża Alfred Abela beda dan l-ġuri s-Sibt billi argumenta li x-xhieda ta’ Vince Muscat magħruf bħala “il-Koħħu”, mhijiex kreddibli minħabba kontradizzjonijiet serji u nuqqas ta’ konsistenza.
Vince Muscat kien ngħata l-proklama wara li ammetta l-involviment tiegħu fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Quddiem l-Imħallef Edwina Grima, l-avukat tad-difiża Abela semma li kien hemm kunflitt bejn ix-xhieda ta’ Muscat u dik ta’ Melvin Theuma, li wkoll ngħata proklama.
Issema’ wkoll mid-difiża li filwaqt li Theuma qal li qatt ma ltaqa’ mal-aħwa Agius, huwa qal ukoll li kien iqatta’ ħafna ħin fit-tinda tal-patata fil-Marsa…post li Muscat qal li l-aħwa Agius kienu jiltaqgħu fih ta’ spiss.
L-avukat tad-difiża Abela sostna li l-użu ta’ Robert Agius kien biex kollox jaqa’ fuqhu f’każ li jinqabdu u rrefera għal każ ta’ Johann Cremona li qal li l-każ kien ser jingħalaq mal-arresti tagħhom.
L-avukat tad-difiża ukoll qal li ma saru ebda arresti wara l-arrest ta’ Robert Agius.
Fuq id-dettalji tal-bomba, d-difiża semmiet kif Muscat kien qal lil-Pulizija kif f’ħin minnhom kien hemm mobile Nokia mwaħħal magħha, imma f’okkażjoni oħra qal li ma kien hemm l-ebda mobile, u mbagħad reġa qal li kien mobile żgħir.
L-investigaturi kienu kkonfermaw li l-mobiles kienu GSM module.
Intant, id-difiża semmiet ukoll ir-rapport tal-FBI li juri l-moviment tal-burnerphone, fejn deher li Muscat qatt ma kien Santa Venera, minkejja li hu allega hekk.
Ir-rapport tal-FBI indika li Muscat kien qiegħad f’Ħaż-Żebbuġ u imbagħad l-Bidnija. Muscat kien semma wkoll persuna bil-laqam ta’ Salvu tal-ġbejniet”, dilettant tal-armi tan-nar, iżda din il-persuna qatt ma ġiet interrogata.
Skont id-difiża, l-investigaturi riedu jillimitiaw l-akkużi fuq l-aħwa Agius sabiex jagħlqu dan il-każ.
Abela kritika wkoll il-prosekuzzjoni għax ma kinux serji biżżejjed, fejn skont xhieda minn uffiċċjali tal-Pulizija huma ma ftakrux dettalji importanti u kif nies bħal Kevin Ellul kienu qed jingħataw protezzjoni għax skont id-difiża kienu “‘il fuq mil-liġi”.
Id-difiża semmiet ix-xhieda ta’ Nicole Brignone, li kienet taħt l-effetti tad-droga waqt ix-xhieda, imma x-xhieda tagħha kienet rilevanti u njoranta.
Barra minn hekk, id-difiża ukoll semmiet x-xhieda ta’ Melchior Spiteri, li qatta’ ħin il-ħabs ma’ Robert Agius, fejn Agius kien qal lil Spiteri li hu innoċenti. Spiteri ngħata wkoll informazzjoni minn Brandon Cachia dwar Kevin Ellul u għaddieha lill-Pulizija.
Brignone kienet allegat li Ellul bagħtila link relatat mal-bomba u li kellhu profil ieħor sabiex jimpressjona lil Brignone.
Hi, ukoll kienet qalet li Ellul kien iċempel lill-aħwa Degiorgio fil-ħabs sabiex jara jekk ismu kien qed jissemma’ fl-investigazzjonijiet.
Fil-Qorti id-difiża semmiet kif Vince Muscat kien żvela li l-aħwa Degiorgio kellhom mobile sigriet waqt li kienu fid-Division 5 tal-ħabs.
Għalkemm Brignone talbet protezzjoni mill-Pulizija għax kienet qed tibża minn Ellul, hija allegat ukoll li Ellul kien jaf bil-pjan tal-bomba u saħansitra ried jaħrab lejn Sqallija b’identità oħra.
L-avukat tad-difiża Abela temm billi fakkar lill-ġurati bl-inkonsistenza tax-xhieda, u semma kif 145 xhieda xhed f’dan il-ġuri, bl-ebda waħda minnhom ma tindika fil-konfront ta’ Robert Agius.
//= $special ?>