Wara li l-Partit Laburista mar kontra r-rieda tar-residenti tal-Għargħur issa, il-Labour qed jibża’ jiddiskuti dan is-suġġett fuq Net Television.
Fil-fatt, il-Ġimgħa filgħaxija, waqt il-programm ‘Opinjoni’, il-preżentatur Dione Borg spjega kif il-Partit Laburista ma laqax l-istedina li saret minn dan l-istazzjon sabiex kelliem f’isem il-Labour jew saħansitra s-Sindku Laburista tal-Għargħur jiġu jiddiskutu il-manuvra li saret f’din il-lokalità fl-aħħar ġimgħat – mossa li kisbet kundanna ċara minn kulħadd, għaliex tmur kontra kull aspett tad-demokrazija.
Fil-bidu tal-programm, Dione Borg spejga kif xtaq li jkollu erba’ kelliema – tnejn mill-Partit Nazzjonalista u tnejn mill-Partit Laburista – bil-għan li d-diskussjoni dwar is-sitwazzjoni preżenti fil-lokalità tal-Għargħur tkun waħda bbilanċjata. Iżda jidher b’mod evidenti li l-Labour ma riedx jiddiskuti dan is-suġġett fuq Net TV.
Preżenti għal dan il-programm kien hemm l-Eks-Sindku tal-Għargħur Helen Gauci, il-President tal-Kulleġġ Kunsillieri tal-PN Liam Sciberras, u Emvin Bartolo, id-Direttur tal-Kunsillieri Lokali tal-PN.
//= $special ?>