Lokali

“Ma tkissrunix” – Daniel Attard wara li spiċċa taħt investigazzjoni mill-Pulizija Belġjana

L-MEP Laburista Daniel Attard qed iqabbel lilu innifsu mal-Perit Mintoff, u qed jinsisti li ħadd mhu se jkissru.

Dan wara li l-ġurnal awtorevoli Politico żvela kif il-Pulizija Belġjana kienet qed tissorvelja l-private box fl-istadium ta’ Anderlecht – l-istess stadium li fih l-MEP Daniel Attard kien preżenti għal partita futbol tal-Europa League f’Settembru li għadda, fejn propju tqajjem is-suġġett tal-Huawei. Bl-Ewroparlamentari tal-Labour, wara din il-logħba, spiċċa aċċetta l-istedina għal laqgħa mal-kumpanija Ċiniża Huawei.

Fuq Facebook, Attard fakkar f’dak li kien jgħid il-Perit Dom Mintoff, li riedu jsallbuh: “Tagħmlu x’tagħmlu, ma tkissruniex.” Hu insista li aktar minn qatt qabel, determinat biex l-ewwel u qabel kollox, jipprova l-innoċenza tiegħu, u jkompli jiddefendi l-interessi ta’ Malta.

Daniel Attard qal ukoll illi hu tassew grat għall-mewġa kbira ta’ appoġġ li qed ikollu – iżda imkien ma spjega għaliex sieħbu Thomas Bajada, l-MEP Laburista, baqa’ kompletament sieket u ma qal xejn dwar din l-istorja skandaluża.