Għada fuq NET Television mill-4.10pm ‘il quddiem jixxandar it-28 programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Fil-ġurnata tat-tluq lejn Andorra tal-kontinġent Malti, il-programm huwa wieħed speċjali b’rabta mal-20 Edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar – ANDORRA 2025.
Mistiedna fil-programm is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti – KEVIN AZZOPARDI , id-Direttur tal-Isport tal-Kumitat Olimpiku Malti CHARLENE ATTARD, flimkien max-chef de mission ta’ Team Malta – DANIEL FARRUGIA TANTI – kif ukoll bejn uffiċjali u atleti membri tal-kontinġent NATALIJA BEREHOVAY (ġinnastika), DANIEL BAJADA (table-tennis), MATTHEW ASCIAK u ELAINE GENOVESE (tennis), MARIO BONELLO (atletika), LUIGI SAMMUT (xjentist KOM), u ROBERT PORTELLI (rugby 7’s).
SPORT EXTRA għandu lil Eric Spiteri bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Michael Farrugia.
//= $special ?>