Sunderland ġew promossi għal Premier League wara li fil-finali tal-playoffs taċ-Championship huma għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta’ 2-1 bl-aktar mod drammatiku.
Sunderland b’hekk l-istaġun li ġej se jkunu qed jilgħabu fil-Premier League wara aktar minn tmien snin ‘il bogħod mill-għola diviżjoni tal-futbol Ingliż.
Tyrese Campbell poġġa’ lil Sheffield United fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima, qabel Sunderland wettqu r-reazzjoni u r-rimonta tagħhom b’gowls minn Eliezer Mayenda u s-sostitut Tommy Watson, bil-gowl tiegħu jasal fil-95 minuta.
Għall-ewwel darba wara ħmistax-il sena t-tim li kien minn taħt f’din il-finali rnexxielu jirbaħ il-partita u jkun promoss għal Premier League.
//= $special ?>