Lokali

Tissokta s-saga ta’ Daniel Attard; Michael Falzon u Clifton Grima joħorġu għonqhom għalih

Il-Membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela, Michael Falzon u Clifton Grima ħarġu għonqhom għall-Membru Parlamentari Ewropew Daniel Attard, u lesti jemmnu l-verżjoni tiegħu.

Dan hekk kif matul il-ġurnata tal-Ġimgħa, Net News staqsa liż-żewġ Ministri jekk jaħsbux li Attard hux innoċenti – b’Falzon u Grima jisħqu li f’diskorsu Attard kien ċar. U saħansitra Clifton Grima insista li mhux infurmat x’għamlu l-awtoritajiet Belġjani.

U ladarba huma jemmnu li l-MEP Laburista huwa innoċenti, u li m’hemm assolutament xejn ħażin fl-aġir tiegħu…..staqsejna kif xorta waħda l-Awtoitajiet Belġjani talbu biex titneħħhielu l-immunità parlamentari; anke wara li d-diskors li ingħad fil-box tal-istadium tal-Anderlecht kienet sorveljata permezz ta’ mikrofonu.

Tajjeb wieħed jiftakar li kien Daniel Attard innifsu li ammetta li tul din il-partita s-suġġett tal-kumpanija Huawei kien diskuss; u saħansitra ġie miftiehem appuntament għal laqgħa.

Intant….wara li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Joseph Azzopardi, insista li l-fatt li l-Prim Ministru ma jridx jippubblika d-dikjarazzjoni tal-assi tal-2023 huwa pass lura għat-trasparenza….il-Ministri provaw jimminimizzaw anke din il-kwitjoni serja.