Jekk dak li sar huwa legali żgur li mhux moralment tajjeb u għalhekk fil-Għargħur għandha ssir elezzjoni, skont kif tgħid il-liġi tal-kunsilli.
Hekk sostna s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello, waqt il-programm Dibattitu flimkien ma’ Alex Agius Saliba.
Is-Segretarju Ġenerali għamel referenza wkoll għal fatt li l-kunsillieri Laburisti tal-Għargħur flimkien ma’ dik indipendenti ma aċċettawx li l-investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet li għamlu ssir b’mod inidipendenti mill-Awditur Ġenerali biss.
Is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello kompla wkoll billi spjega li mhux minnu li Francesca Attard kellha laqgħa miegħu u qaltlu li mhux taqbel mal-governanza tal-kunsill lokali tal-Għarghur. Però l-laqgħa saret bejn Liam Sciberras u Emvin Bartolo.
Minn naħa tiegħu Alex Agius Saliba kompla jipprova jiżgwida lill-poplu u għamel referenza għall-maġġoranza tal-voti miksuba fil-Floriana u Birkirkara
Dan meta fil-każ tas-sitwazzjoni tal-Floriana hija kompletament differenti hekk kif il-kandidat Indipendenti ġab 25.3% tal-voti waħdu u għalhekk inħatar Sindku. Minn naħa tagħom il-Kunsillieri tal-Partit Laburista ma laħqu ebda qbil mas-Sindku tal-Floriana Nigel Holland, però intlaħaq qbil mal-kunsillieri Nazzjonalista u għalhekk inħatar Viċi Sindku James Aaron Ellul.
Interessanti wkoll kif waqt dan il-programm kollu l-viċi Mexxej tal-Partit Laburista fl-ebda ħin ma ċaħad li l-mossa anti-demokratika li għamlu l-kunsilliera tal-Partit Laburista fil-Għargħur saret bil-kordinazzjoni u l-barka tal-ogħla uffiċjali fi ħdan il-Partit Laburista.
//= $special ?>