Futbol Sport

Arsenal jirbħu l-UEFA Womens’ Champions League

(Ritratt: EPA)

It-tim tan-nisa ta’ Arsenal rebħu l-UEFA Women’s Champions League meta fil-finali tas-Sibt filgħaxija għelbu lil Barcelona 1-0 bil-gowl deċiżiv jasal fl-74 minuta minn Stina Blackstenius.

Din kienet it-tieni darba wara 18-il sena li Arsenal rebħu dan l-unur u jibqgħu bħala l-unika klabb Ingliż li rebaħ din il-kompetizzjoni. Taħt it-tmexxija tal-kowċ Olandiża Renée Slegers, Arsenal irnexxielhom iwettqu dak li deher impossibli meta għelbu wieħed mill-forzi ewlenin fil-futbol tan-nisa.

Arsenal bdew din il-kompetizzjoni mill-bidu nett fejn saru wkoll l-ewwel tim li rnexxielu jirbaħ dan l-unur wara 15-il partita. Sabiex waslu s’hawn huma eliminaw wkoll fost l-oħrajn lil Real Madrid fil-kwartifinali u lil Olympique Lyon fis-semifinali.