Lokali

“Fil-Labour hemm vulkan lest biex jisplodi” – Rabja kbira għall-Ministru Owen Bonnici

“Hemm id moħbija fil-Labour li ma tistax tibqa’ fil-moħba”

Rabja u tgħajjir għal Ministru Owen Bonnici minn esponenti Laburisti b’rabta mal-kuntratt ta’ €25,000 li ta lill-awtur Mark Camilleri; deċiżjoni li skont il-Laburisti tal-qalba ma setgħax ħa waħdu – iżda bil-kunsens tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Dan ġie rappurtat il-gazzetta Illum fil-ħarġa tal-Ħadd hekk kif din il-gazzetta saħansitra insistiet li l-għażla tal-Ministru mhux biss kienet b’kunsens minn Kastilja iżda saħansitra b’ordni.

Sorsi li tkellmu ma din il-gazzetta insistew li dan mhux xogħol Bonnici, iżda l-Ministru għamel kif qalulu.

L-istess sorsi spjegaw li fi ħdan iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista hemm vulkan lest sabiex jisplodi u li l-Laburisti issa xebgħu. Dan filwaqt li insistew li hemm id moħbija wara dan kollu u hemm limitu kemm din tista’ tibqa’ fil-moħbi.

Dan kollu wara li l-fergħa estremista tal-Labour qed titlob biex il-Ministru Owen Bonnici jwarrab; b’Neville Gafà jiddeskrivi l-kuntratt mill-Kunsill tal-Arti bħala tradiment lejn il-Laburisti kollha.

Għaldaqstant is-sentiment ta’ rabja li preżentament hemm fost il-Laburisti huwa enormi; bis-sorsi jfarfru l-ħtija fuq it-tmexxija f’Kastilja