Numru kbir ta’ Veneżolani qed jikkunsidraw bojkott għal vot nazzjonali fejn, fost oħrajn, iridu jeleġġu lid-deputati għall-Parlament flimkien ma’ numru ta’ Gvernaturi. Dan meta aktar minn 21 miljun huma eliġibbli biex jagħżlu lir-Rappreżentanti tagħhom, fost it-tensjoni kbira bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.
Il-vot qed isir fi żmien meta l-poplu qed ibati taħt l-oppressjoni tal-Gvern u meta n-nies huma konxji ħafna mis-sejħa tal-Oppożizzjoni biex huma jmorru kontra r-rieda tal-Partit fil-Gvern li qed jinsisti għal konkorrenza qawwija ta’ votanti.
L-elezzjoni hi anki l-ewwel waħda li ppermettiet għal konkorrenza ‘totali’ mindu saret l-elezzjoni tas-sena l-oħra għall-Presidenza. Elezzjoni li l-President Nicolas Maduro għadu qed jinsisti li ntrebħet minnu minkejja l-provi li wrew mod ieħor.
//= $special ?>