Futbol Sport

Johann Said mistenni jżommu postu bħala President ta’ Floriana FC

Johann Said mistenni jżommu postu bħala President ta' Floriana FC
Johann Said mistenni jżommu postu bħala President ta' Floriana FC

Waqt il-laqgħa ġenerali annwali li saret dalgħodu mill-klabb ta’ Floriana, il-President Johann Said kiseb l-akbar ammont ta’ voti waqt elezzjoni għall-membri tal-kumitat il-ġdid. B’kollox dan il-kumitat se jkun kompost minn 11-il persuna, li jinkludi lil Said.

Il-bqija tal-membri l-oħra fil-Kumitat ta’ Floriana, li se jkunu qed jiffurmaw din it-tmexxija flimkien ma’ Said huma Jacques Grima, Raymond Vella, Mark Edward Galea, Liam Fenech, Anton Vella, Kelly Cesare, Omar Aquilina, Karl De Flavia, Nigel Holland u Ryan Agius.

Said mistenni jerġa’ jkun konfermat President ta’ Floriana, f’laqgħa oħra u separata li għad trid issir mill-kumitat il-ġdid u li matulha għandhom ikunu deċiżi l-karigi kollha fil-Kumitat ta’ Floriana għall-istaġun il-ġdid 2025/26.