Juventus sar ir-raba’ tim li kiseb post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej flimkien ma’ Napoli, Inter u Atalanta. Juventus kisbu rebħa ta’ 3-2 barra minn darhom għand Venezia li minn naħa tagħhom flimkien ma’ Monza u Empoli sfaw relegati għas-Serie B. Kienu Venezia li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Daniel Fila. Gowls minn Kenan Yildiz u Randal Kolo Muani dawru l-iskor favur Juventus. Ridgeciano Haps għamilhom 2-2 iżda penalty ta’ Manuel Locatelli fit-73 minuta ta’ rebħa kruċjali lil Juventus.
Roma se jkunu qed jilagħbu fil-UEFA Europa League wara li għelbu lil Torino 2-0. Leandro Peredes poġġa lil Roma fil-vantaġġ permezz ta’ penalty wara 18-il minuta. Alexis Saelemaekers għamilhom 2-0 fit-tieni taqsima.
Fiorentina se jkunu s-sitt tim li jilgħab fl-Ewropa fl-istaġun li ġej wara li huma għelbu lil Udinese 3-2 filwaqt li Lazio tilfu bl-iskor ta’ 1-0 kontra Lecce. Lorenzo Lucca poġġa lil Udinese fil-vantaġġ wara 26 minuta. Udinese sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Jaka Bijol. Ir-rimonta tal-Viola bdiet wara l-mistrieħ b’gowls minn Nicolo Fagioli u Pietro Comuzzo. Christian Kabasele ġab l-iskor indaqs għal Udinese iżda gowl fit-82 minuta ta’ Moise Kean aċċerta minn rebħa għal Fiorentina.
Riżultati:
Atalanta v Parma 2-3
Empoli v Verona 1-2
Lazio v Lecce 0-1
Torino v Roma 0-2
Udinese v Fiorentina 2-3
Venezia v Juventus 2-3
//= $special ?>