Futbol Sport

Juventus, Roma u Lazio f’battalja għal min minnhom se jgħaddi għall-UEFA Champions League

Dusan Vlahovic ta' Juventus
Dusan Vlahovic ta' Juventus

Fl-Italja, illejla, sitt partiti se jkunu qed jintlagħbu fl-istess ħin, fid-8:45pm, fl-aħħar ġurnata tas-Serie A. Dawn huma l-partiti skedati għall-lejla u li matulhom għad iridu jiġu deċiżi diversi verdetti, fosthom l-aħħar post vakanti fil-UEFA Champions League, u min se jkun relegat:

Atalanta vs Parma

Empoli vs Verona

Lazio vs Lecce

Torino vs Roma

Udinese vs Fiorentina

Venezia vs Juventus