GSSE 2025 Sport

L-atleti Maltin jibdew jaslu f’Andorra

Kmieni dalogħdu bosta atleti Malti kif ukoll uffiċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti u kowċis ħallew pajjiżna għal Andorra fejn għada filgħaxija se tkun qed ssir iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

It-tim Malti se jkun iffurmat minn 108 atelta fejn se jkunu qed jieħdu sehem f’dawn id-dixxiplini – Tennis, Table Tennis, Għawm, Ċikliżmu, Sparar, Ġinnastika Artistika, Ġinnastika Ritmika, Karate, Rugby 7s. Għawm Artistiku, Atletika u Basketball 3×3.

Il-Logħob b’mod uffiċjali jibda nhar it-Tlieta.