Illum, fil-5pm tintlagħab l-aħħar match day ta’ partiti mill-Premier League Ingliż. Liverpool se jkunu qed jiċċelebraw ir-rebħ tal-20 Kampjonat fl-istorja tagħhom meta jilgħabu f’dahrom kontra Crystal Palace.
Fit-tmiem tal-partita tal-lum, Liverpool se jkunu qed jiġu ppreżentanti bit-trofew ta’ champions tal-Ingilterra.
Madankollu l-match day tal-lum hija waħda importanti sabiex tiddeċidi l-aħħar postijiet vakanti jew li għadhom mhux ċerti għal min se jikkwalifika UEFA Champions League, u ż-żewġ kompetizzjonijiet l-oħra tal-UEFA, il-UEFA Ewropa League u l-UEFA Ewropa Conference League.