Sport

Luxol St Andrew’s rebbieħa tal-Futsal Premier, bit-tieni rebħa minn tnejn kontra Swieqi United

Luxol St Andrews rebbieħa tal-Futsal Premier għal dan l-istaġun.
Luxol St Andrews rebbieħa tal-Futsal Premier għal dan l-istaġun.

Luxol St Andrew’s huma mill-ġdid champions tal-Futsal f’pajjiżna, meta nhar il-Ġimgħa filgħaxija huma rebħu t-tieni finali tal-Enemed Futsal Premier, kontra Swieqi United bl-iskor ta’ 4-2.

Din kienet it-tieni darba li dawn iż-żewġ naħat lagħbu kontra xulxin f’temp ta’ jumejn wara li fl-ewwel finali, Luxol St Andrews rebħu 8-6.