Lokali

Tifel ta’ 5 snin fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura

Tifel ta’ 5 snin spiċċa jissielet għal ħajtu wata li ntlaqat minn karozza f’Buġibba.

Il-każ seħħ fis-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq iċ-Ċern meta għal xi raġuni huwa intlaqat minn vettura li kienet qed tiġi misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Imsida.

Fil-post ġie imsejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lit-tfajjel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Philip Galea Farrugia li ħatar inkjesta, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.