Lokali

Tinġabar is-somma ta’ €1,507,761 b’risq il-Malta Trust Foundation

Għal darb oħra l-poplu Malti u Għawdxi wera l-qalb kbira tiegħu hekk kif inġabru ‘l fuq minn miljun ewro b’risq il-Malta Trust Foundation.

F’maratona li saret matul il-jum tas-Sibt – maratona bl-isem ‘Għat-tfal kollha, kollha, kollha’ inġabru aktar minn miljun u nofs ewro bil-għan illi t-tfal u żgħażagħ li huma fil-bżonn jiġu mgħejuna sabiex jgħixu l-ħajja li tant tixraqilhom.

Il-Malta Trust Foundation tiffoka fuq tfal li għandhom diżabbiltà, u anke fuq is-saħħa mentali u l-benesseri taż-żgħażagħ. Din il-fondazzjoni twaqqfet lura fl-2015 mill-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca.