Lokali Parlament

42 vettura instabu b’livell ogħla ta’ tint fil-VRT

Kien hemm 942 vettura li matul it-test tal-VRT, is-sena li għaddiet instabu b’livell ta’ tint li jaqbeż il-limitu permissibbli. Dan in-numru jinkludi wkoll vetturi li waslu f’Malta qabel inbiegħu, peress li dawn ukoll huma soġġetti għat-test tal-VRT qabel jiġu rreġistrati f’Malta.

Dwar dan in-numru ta’ vetturi tkellem fil-Parlament il-Ministru Chris Bonett meta kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartololi staqsa wkoll kemm saru checkups għall-istess raġuni fuq karozzi li jkunu waslu Malta qabel jinbiegħu.