“Huwa dmir tagħna li naċċertaw li l-bniedem jgħix b’dinjità sal-aħħar mument naturali ta’ ħajtu.”
Hekk stqarr l-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Anton Teuma, waqt omelija li wassal fil-quddiesa tal-Ħadd filgħodu fil-Munxar, Għawdex, waqt il-festa ta’ San Pawl – omelija fejn matulha tkellem dwar l-ewtanasja assistita, illi ddeskriviha bħala proposta mibnija fuq il-biża’.
L-Isqof aċċenna fuq l-importanza li l-bniedem jgħix b’dinjità sal-aħħar mument ta’ ħajtu u saħaq li hemm diversi modi ta’ kif wieħed jista’ jagħmel dan. Huwa sostna li l-ħajja ma nistgħux nikkalkulawha biss sal-mewt.
Monsinjur Anton Teuma qal li jekk inwasslu xi ħadd biex jagħmel l-ewtanasja assistita jkun falliment tan-nuqqas ta’ kapaċità tagħna. Apparti minn hekk, huwa spjega li l-ewtanasja mhi xejn ħlief suwiċidju assistit.
Hu insista li meta aħna ma nkunux kapaċi ngħinu persuna sal-aħħar mument naturali ta’ ħajjitha, inkunu fallejna bħala knisja, bħala stat u bħala familja.
Matul l-omelija, Monsinjur Teuma semma’ kif il-kura paljattiva huwa mod pożittiv ta’ kif tgħin persuna f’kull mument ta’ ħajjitha filwaqt li fakkar kif il-Hospice qed tkun ta’ għajnuna kbira ma’ dawn in-nies li jkunu waslu fit-tarf ta’ ħajjithom.
//= $special ?>