Għaxar snin ilu l-Gvern Laburista fetaħ investigazzjoni dwar dak li sejjaħ “konkos difettuż” f’Mater Dei.
Illum, għaxar snin wara, l-istess Gvern Laburista qed jgħid li dan m’għadux difettuż, tant li se jibni fuqu.
Il-Gvern Laburista għandu ħabta jilgħab bis-saħħa tal-poplu.
Gvern serju li verament ipoġġi s-saħħa ta’ niesu fuq quddiem ma kienx jabbanduna sptarijiet tant importanti bħalma għamel għal snin twal b’St Lukes, Karen Grech u l-isptar Boffa biex insemmu biss ftit, meta fl-istess waqt ikun qed iżid il-popolazzjoni u l-istress fuq is-sistema tas-saħħa b’mod qawwi.
Issa, li jinteressa lill-poplu mhux il-logħob partiġjan, imma l-verità u servizz tas-saħħa li jaqdih kif jixraqlu.
Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ l-aħbar li se jiġi estiż l-Isptar Mater Dei u jistaqsi:
· Issa li l-Gvern ikkonferma li mhux se jinbena sptar ġdid tas-saħħa mentali kif kien wiegħed, se jibni swali ġodda għas-saħħa mentali jew le?
· Id-dipartiment tal-emerġenza se jiġi estiż jew le?
· Jekk se jinbena, dan se jinbena fejn kien ippjanat jew hemm pjanijiet ġodda?
· Meta se jibda u meta se jitlesta?
· Kemm se jiswa?
· Xi pjan hemm biex la jistlesta jkun hemm ħaddiema Maltin kwalifikati biex jaħdmu fihom? X’sar b’mod konkret fl-aħħar snin biex iħajjar studenti żgħażagħ jidħlu f’dan il-qasam?
Is-saħħa mhix logħba politika. Il-Maltin u l-Għawdxin għandhom dritt ikollhom it-tweġibiet daqskemm għandhom dritt għal servizz tas-saħħa denju.
Dan intqal si stqarrija minn Adrian Delia ix-Shadow Minister għas-Saħħa u Ian Vassallo ix-Shadow Minister għall-Kura Primarja u s-Saħħa Mentali.