It-Tnejn waranofsinhar, numru ta’ Shadow Ministers kellhom laqgħa mal-Kumitat tal-Parlament Ewropew li jiffoka fuq it-trasport u t-turiżmu fejn kellhom l-opportunità li jwasslu l-proposti kif ukoll l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista fuq dawn iż-żewġ setturi importanti.
Matul il-laqgħa, dawk preżenti spjegaw kif il-Partit Nazzjonalista fasslu dawn il-proposti bil-għan li l-poplu Malti u Għawdxi jkollu kwalità ta’ ħajja aħjar.
Minn naħa tagħhom il-Kumitat Ewropew irrimarkaw li Malta għandha karatteristiċi uniċi kemm għat-turiżmu kif ukoll għall-infrastruttura.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ix-Shadow Ministers Mark Anthony Sammut, Ivan Castillo, Ryan Callus u Alex Borg.
//= $special ?>