Il-Partit li qed imexxi lill-Gvern tal-Veneżwela qed jiċċelebra ‘trijonf kbir’ fl-elezzjonijiet għall-Parlament u l-assemblej reġjonali. Dan wara l-vot tal-Ħadd li spiċċa bojkottjat mill-maġġoranza assoluta tal-partiti fl-Oppożizzjoni.
Il-Kunsill Elettorali f’Caracas, li hu dominat mill-elementi leali għall-Gvern, qal li l-kandidati tal-Partit Soċjalista Magħqud tal-Veneżwela (PSUV) rebħu l-votazzjoni għar-rwol ta’ Gvernatur fi 23 fost l-24 Stat tal-pajjiż.
Dan meta l-PSUV hu dominat mill-President Veneżolan, Nicolas Maduro, politiku tax-xellug li ilu jmexxi pajjiżu mill-2007.
Skont il-Kunsill, il-koalizzjoni fil-Gvern anki rebħet madwar 83 fil-mija tal-voti mitfugħin fl-elezzjoni għall-Assemblea Nazzjonali – l-istituzzjoni leġiżlattiva tal-Veneżwela li għandha s-sede fil-kapitali.
Sadanittant, il-partiti ewlenin fl-Oppożizzjoni fissru dawn l-elezzjonijiet bħala ‘farsa’ u eżerċizzju li ‘mhux tassew jirrifletti r-rieda tal-poplu’.
Dan waqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni, Maria Corina Machado, qalet li l-konkorrenza tal-votanti kienet fqira għall-aħħar – tant li ma qabżitx il-15 fil-mija.
//= $special ?>