Lokali

Kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tippreżenta l-kunċert Saint-Saëns and Beethoven nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Mejju, fit-Teatru Manoel, il-Belt Valletta.

Luigi Piovano, ċellist u direttur Taljan rinomat, jieħu r-rwol ta’ solista kif ukoll dak ta’ direttur mużikali tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fil-Kunċert għall-Ċellu Nru. 1 ta’ Saint-Saëns. Dan ix-xogħol, favorit fost il-mużiċisti tal-ċello kif ukoll l-udjenzi, juri l-firxa espressiva tal-istrument billi jgħaqqad il-virtwożità mal-liriċiżmu. L-overture ta’ L’italiana in Algeri ta’ Rossini turi l- vitalità ritmika tal-opra b’melodiji sbieħ.

Għalkemm mhix waħda mis-simfoniji l-aktar famużi ta’ Beethoven, in-Numru Tmienja tiegħu tispikka għall-ispirtu ferrieħi u l-istruttura eleganti tagħha.

Biljetti minn teatrumanoel.mt.