Il-Gvern mhux qed jikkunsidra li titkabbar l-Iskola Primarja tal-Qawra minħabba l-fatt li mill-informazzjoni li qed tingħata jirriżultali l-iskola preżenti tal-Qawra laħqet is-saturation point tagħha, u b’hekk isir dejjem iktar diffiċli li l-istess skola tilqa’ fiha iktar tfal.
Dan kien ikkonfermat minn Clifton Grima, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; fi tweġiba bil-miktub li ta għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea.
//= $special ?>